PQs - Mhijiex policy tal-Gvern li persuni baranin jigu incentivati jixtru propjeta' f'Malta - Ministru tal-Finanzi, l-Ekonomija u Investimenti

Leġislatura XI Kategorija ORAL
Mistoqsija Numru: 15647 Data: 15/03/2010
Seduta: 206 - 19/04/2010 06:00 PM
Seduta Interim:
Titlu: TAXXA FUQ IL-PROPJETA'

L-Onorevoli NOEL FARRUGIA
staqsa lill-Onorevoli TONIO FENECH (Ministru tal-Finanzi, l-Ekonomija u Investiment):

Fid-dawl tal-fatt li f'Malta t-taxxa fuq il-proprjetà li tinxtara mill-barranin hija ta' 35% filwaqt li fi stati oħra fl-Unjoni Ewropeja tvarja bejn 18% u 20% bħal fil-każ tal-gżira ta' Ċipru, u b'detriment ta' dan Malta mhux qed tkun daqstant kompetittiva, jista' l-Ministru jara li din it-taxxa tiġi riveduta bil-għan li tiġi inċentivata u tissaħħaħ din l-industrija ħolistikament? Jekk fl-affermattiv, meta?


Tweġiba:

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li mhijiex policy tal-Gvern u lanqas fl-interess in ġenerali ta’ Malta li persuni barranin jiġu inċentivati biex jixtru propjetà f’Malta, kif qed ikun issuġġerit fil-mistoqsija parlamentari.

Comments

Popular posts from this blog

Fire safety regulations for apartment blocks to be proposed by CPD in coming weeks

Scheme to regenerate village core buildings launched

The Lament of the Maltese Townhouse