PQ 22776 - Statistika mill-NSO rigward prezzijiet tal-proprjetà (NSO statistics re property prices)

Leġislatura XI Kategorija ORAL
Mistoqsija Numru: 22776 Data: 14/01/2011
Seduta: 306 - 26/01/2011 06:00 PM
Seduta Interim:
Titlu: statistika mill-NSO rigward prezzijiet tal-proprjetà
L-Onorevoli ĊENSU GALEA
staqsa lill-Onorevoli TONIO FENECH (Ministru tal-Finanzi, l-Ekonomija u Investiment):


Billi skont rapporti fil-media qed jingħad li l-NSO ħarġet statistika li turi li matul l-aħħar 12-il xahar kien hemm żieda ta' iktar minn 10% fil-prezz f'dawk li huma housing u enerġija, jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar x'jaqa' taħt dawn iż-żewġ kategoriji għal dak li jirrigwarda din l-istatistika, għaliex m'hemmx dubju li matul dan il-perjodu l-prezz tal-proprjetà naqas u mhux żdied?

Tweġiba:
Nassumi li l-Onor. Interpellant qed jirreferi għal statistika relatata mal-indiċi armonizzat tal-prezzijiet (HICP). Il-kategorija numru 4 hija magħmula minn:

- kera mħallsa fuq proprjetà
- materjal użat għall-manteniment tad-dar
- servizzi relatati mal-manteniment tad-dar
- ilma
- elettriku
- gass

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi l-prezzijiet tal-proprjetà m’humiex riflessi direttament fl-indiċi.

Comments

Popular posts from this blog

Fire safety regulations for apartment blocks to be proposed by CPD in coming weeks

Scheme to regenerate village core buildings launched

The Lament of the Maltese Townhouse