Leġislatura XI Kategorija ORAL
Mistoqsija Numru: 22776 Data: 14/01/2011
Seduta: 306 - 26/01/2011 06:00 PM
Seduta Interim:
Titlu: statistika mill-NSO rigward prezzijiet tal-proprjetà
L-Onorevoli ĊENSU GALEA
staqsa lill-Onorevoli TONIO FENECH (Ministru tal-Finanzi, l-Ekonomija u Investiment):
Billi skont rapporti fil-media qed jingħad li l-NSO ħarġet statistika li turi li matul l-aħħar 12-il xahar kien hemm żieda ta' iktar minn 10% fil-prezz f'dawk li huma housing u enerġija, jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar x'jaqa' taħt dawn iż-żewġ kategoriji għal dak li jirrigwarda din l-istatistika, għaliex m'hemmx dubju li matul dan il-perjodu l-prezz tal-proprjetà naqas u mhux żdied?
Tweġiba:
Nassumi li l-Onor. Interpellant qed jirreferi għal statistika relatata mal-indiċi armonizzat tal-prezzijiet (HICP). Il-kategorija numru 4 hija magħmula minn:
- kera mħallsa fuq proprjetà
- materjal użat għall-manteniment tad-dar
- servizzi relatati mal-manteniment tad-dar
- ilma
- elettriku
- gass
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi l-prezzijiet tal-proprjetà m’humiex riflessi direttament fl-indiċi.
Friday, January 28, 2011
Wednesday, January 26, 2011
PQs - Pending Planning Applications with MEPA
Leġislatura XI Kategorija ORAL
Mistoqsija Numru: 20356 Data: 18/10/2010
Seduta: 266 - 25/10/2010 06:00 PM
Seduta Interim: 305 25/01/2011 06:00 PM
Titlu: Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar - ammont pendenti ta' applikazzjonijiet
L-Onorevoli RODERICK GALDES
staqsa lill-Onorevoli LAWRENCE GONZI (Prim Ministru):
Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm huwa l-ammont pendenti ta' applikazzjonijiet li hemm quddiem l-Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar?
Tweġiba:
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li skont is-sistema ta’ l-informatika tal-Awtorità ta’ Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar, l-Awtorità għandha quddiema erbat elef ħames mija u disgħa u tmenin (4589) applikazzjoni għall-ewwel deċiżjoni u tmin mija u tnejn u sittin (862) applikazzjoni għal “reconsideration”.

Tuesday, January 18, 2011
Solar roof rights - Legislation - PQ 22347
Leġislatura XI Kategorija ORAL
Mistoqsija Numru: 22347 Data: 22/12/2010
Seduta: 302 - 18/01/2011 06:00 PM
Seduta Interim:
Titlu: Leġislazzjoni fuq solar roof rights
L-Onorevoli LEO BRINCAT
staqsa lill-Onorevoli GEORGE PULLICINO (Ministru għar-Riżorsi u Affarijiet Rurali):
Jista' l-Ministru jgħid fiex waslet il-leġislazzjoni li kien qed jikkunsidra l-gvern dwar solar roof rights kif kienet issuġġeriet l-Oppozizzjoni Laburista żmien ilu?
Tweġiba:
Jien infurmat li l-qafas legali li jista' jirregola s-solar roof rights għad irid jiġi determinat fil-kuntest ta' liġijiet oħra bħalma huma dawk tal-ippjanar u l-proprjetà privata. Qed isiru laqgħat bejn uffiċjali tal-MRRA u entitajiet oħra għal dan il-għan.

Subscribe to:
Posts (Atom)
"Florigera rosis halo"
Wied Inċita green space opened to the public A 20,000sqm space that was formerly part of the Wied Inċita nursery has been opened to the publ...
-
Something is clearly amiss. A landmark property has just gone under the hammer, selling at an unbelievable price when compared t...
-
Regulations will prevent fire incidents from escalating The Civil Protection Department is in the coming weeks proposing a number of fi...
-
LinkedIn I'd like to add you to my professional network on LinkedIn. Kenneth J. Borg Managing Direc...