Posts

Showing posts from January, 2011

PQ 22776 - Statistika mill-NSO rigward prezzijiet tal-proprjetà (NSO statistics re property prices)

Leġislatura XI Kategorija ORAL Mistoqsija Numru: 22776 Data: 14/01/2011 Seduta: 306 - 26/01/2011 06:00 PM Seduta Interim: Titlu: statistika mill-NSO rigward prezzijiet tal-proprjetà L-Onorevoli ĊENSU GALEA staqsa lill-Onorevoli TONIO FENECH (Ministru tal-Finanzi, l-Ekonomija u Investiment): Billi skont rapporti fil-media qed jingħad li l-NSO ħarġet statistika li turi li matul l-aħħar 12-il xahar kien hemm żieda ta' iktar minn 10% fil-prezz f'dawk li huma housing u enerġija, jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar x'jaqa' taħt dawn iż-żewġ kategoriji għal dak li jirrigwarda din l-istatistika, għaliex m'hemmx dubju li matul dan il-perjodu l-prezz tal-proprjetà naqas u mhux żdied? Tweġiba: Nassumi li l-Onor. Interpellant qed jirreferi għal statistika relatata mal-indiċi armonizzat tal-prezzijiet (HICP). Il-kategorija numru 4 hija magħmula minn: - kera mħallsa fuq proprjetà - materjal użat għall-manteniment tad-dar - servizzi relatati mal-manteniment t

PQs - Pending Planning Applications with MEPA

Leġislatura XI Kategorija ORAL Mistoqsija Numru: 20356 Data: 18/10/2010 Seduta: 266 - 25/10/2010 06:00 PM Seduta Interim: 305 25/01/2011 06:00 PM Titlu: Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar - ammont pendenti ta' applikazzjonijiet L-Onorevoli RODERICK GALDES staqsa lill-Onorevoli LAWRENCE GONZI (Prim Ministru): Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm huwa l-ammont pendenti ta' applikazzjonijiet li hemm quddiem l-Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar? Tweġiba: Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li skont is-sistema ta’ l-informatika tal-Awtorità ta’ Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar, l-Awtorità għandha quddiema erbat elef ħames mija u disgħa u tmenin (4589) applikazzjoni għall-ewwel deċiżjoni u tmin mija u tnejn u sittin (862) applikazzjoni għal “reconsideration”.

Solar roof rights - Legislation - PQ 22347

Leġislatura XI Kategorija ORAL Mistoqsija Numru: 22347 Data: 22/12/2010 Seduta: 302 - 18/01/2011 06:00 PM Seduta Interim: Titlu: Leġislazzjoni fuq solar roof rights L-Onorevoli LEO BRINCAT staqsa lill-Onorevoli GEORGE PULLICINO (Ministru għar-Riżorsi u Affarijiet Rurali): Jista' l-Ministru jgħid fiex waslet il-leġislazzjoni li kien qed jikkunsidra l-gvern dwar solar roof rights kif kienet issuġġeriet l-Oppozizzjoni Laburista żmien ilu? Tweġiba: Jien infurmat li l-qafas legali li jista' jirregola s-solar roof rights għad irid jiġi determinat fil-kuntest ta' liġijiet oħra bħalma huma dawk tal-ippjanar u l-proprjetà privata. Qed isiru laqgħat bejn uffiċjali tal-MRRA u entitajiet oħra għal dan il-għan.