Posts

Showing posts from January, 2009

Abbozz ta' Ligi - Kuntratt ta' Kiri - Act to Amend Letting and Hiring Code

Bill No 17 - Civil Code (Amendt) Bill (2nd Reading) ABBOZZ TA' LIGI msejjah ATT biex jemenda l-Kodiçi Civili, Kap. 16 IL-PRESIDENT, bil-parir u l-kunsens tal-Kamra tad-Deputati, imlaqqgha f’dan il-Parlament, bl-awtorità ta’ l-istess, hareg b’ligi dan li gej>– 1. It-titolu fil-qosor ta’ dan l-Att hu l-Att ta’ l-2008 li jemenda l- Kodiçi Civili, u ghandu jinqara u jiftiehem haga wahda mal-Kodiçi Civili, hawn izjed il-quddiem f’dan l-Att imsejjah “il-Kodiçi”. 2. Minflok l-artikolu 1525 tal-Kodiçi, ghandu jidhol dan l-artikolu gdid li gej>– “1525. (1) Il-kuntratt ta’ kiri, sew ta’ haga kemm ta’ xoghol, jista’ jsir sew b’kitba kemm bil-fomm, izda l-kuntratt ta’ kiri ta’ fond urban u ta’ dar ghall-abitazzjoni u ta’ fond kummerçjali li jsir wara l-1 ta’ Jannar, 2009 ghandu jsir bil-kitba. Il-Bord li Jirregola il-Kera (hawn aktar ’il quddiem f’dan ittitolu msejja[ “il-Bord tal-Kera”) ma[tur bis-sahha ta’ l-Ordinanza li tirregola t-Tigdid tal-Kiri ta’ Bini ghandu jkollu kompetenza es